Li l-ammont ta’ nies jattendu l-quddies naqas matul is-snin huwa stat ta’ fatt.
Madankollu fir-rapport finanzjarju annwali tal-Kurja jirriżulta illi l-ammont ta’ ġbir mil-knejjes waqt il-quddies żdied b’nofs miljun ewro.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-sassla nġabru kważi tliet miljun ewro.
Skont l-aħħar ċensiment dwar l-attendenzi għall-quddies li sar fl-2017 huma għaxra fil-mija biss tal-popolazzjoni Maltija li għadha tattendi regolarment għall-funzjonijiet reliġjużi.
Dan l-ammont mistenni jibqa’ jinqos fis-snin li ġejjin.