Ir-Rapper Amerikan Sean’P Diddy’ talab għat-tielet darba biex jinħeles mill-ħabs hekk kif qed jistenna ġuri fuq akkużi ta’ ċirku kriminali li jinvolvi traffikar ta’ drogi u abbużi sesswali.
Ir-rapper ta’ 54 sena qed jinżamm fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni Metropolitana ta’ Brooklyn. Huwa ċaħad l-akkużi kollha kontrih.
P Diddy ġie miċħud darbtejn mid-Distrett tan-Nofsinhar ta’ New York. It-tim legali tiegħu issa ressaq it-tielet appell għall-ħelsien tiegħu qabel il-proċess mal-Qorti tal-Appelli tal-Istati Uniti.
It-tim legali ta’ Combs issa qed jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu mill-ħabs b’kundizzjonijiet xierqa ta’ pleġġ. It-tim legali tar-rapper ikkwota allegati żbalji legali fid-deċiżjoni tal-qorti, kif ukoll allegata evidenza insuffiċjenti għad-detenzjoni.
Fost l-allegazzjonijiet li qed jiffaċċja P Diddy hemm dawk ta’ mġieba sesswali ħażina minn 120 akkużaturi ġodda,li 25 minnhom kienu tfal fiż-żmien tal-allegati reati.
Omm Puff Diddy għamlet appell biex binha jinheles mill-ħabs.
Kitba: Paul Grech