Kumpaniji tal-ilma fir-Renju Unit ġew ordnati jikkumpensaw is-somma globali ta’ ftit inqas minn £158 miljun jew kważi €190 miljun lill-klijenti tagħhom, bi traħħis fil-kontijiet is-sena d-dieħla wara li ma laħqux miri prinċipali ta’ servizz adegwat.
Ir-regolatur nazzjonali fl-industrija, Ofwat, iddikjara dan wara li ġie rivedut ir-rapport annwali tal-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ilma u d-drenaġġ fl-Ingilterra u anke Wales.
Ofwat analizza l-operat ta’ 17 mill-akbar kumpaniji tal-ilma u d-drenaġġ fl-Ingilterra u Wales dwar problemi li jinkludu ħruġ ta’ drenaġġ, interruzzjonijiet fil-provista u telf ta’ ilma.
Għal dawk il-kumpaniji li ma laħqux il-miri dan ifisser li bejniethom iridu jirritornaw is-somma ta’ £157.6 miljun lill-klijenti tagħhom fil-kontijiet għas-snin 2025 u 2026.