Il-Partit Laburista ħatar lil Norma Saliba bħala l-Kap tal-Komunikazzjoni u l-Kelliema tal-Partit Laburista.
Saliba hija ggradwata b’Baċellerat fl-Istudji Kontemporanji Mediterranji u b’Masters fl-Istudji Ewropej.
Għandha iktar minn 25 sena esperjenza fil-media, kemm bħala ġurnalista kif ukoll bħala preżentatriċi u producer ta’ għadd ta’ programmi mal-istazzjon nazzjonali u stazzjonijiet privati. Kienet taħdem ukoll bħala uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President, fil-MEUSAC u fil-qasam tal-fondi Ewropej.
Fl-2023 kienet l-ewwel Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Kienet l-ewwel mara li mexxiet l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) u meta kienet studenta universitarja ġiet eletta bħala l-ewwel Chairperson tal-għaqda tal-media Insite.
Fi stqarrija l-Partit Laburista awgura kull suċċess lil Norma Saliba fil-kariga ġdida tagħha, filwaqt li irringrazzja lil Ronald Vassallo għall-ħidma li wettaq fl-aħħar snin mal-Partit Laburista.