Il-Kunsilli Lokali tal-Imtarfa oġġezzjona għall-attività tal-Imdina Gran Prix, li qed terġa’ tittella’ fil-konfini tal-istess lokalità bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġejjin.
Filwaqt li qal li, fil-prinċipju, m’għandu xejn kontra l-attività nnifisha jew l-organizzaturi, il-Kunsill iddikjara li din toħloq inkonvenjent qawwi għar-residenti b’konġestjoni kbira u jispiċċaw magħluqa fi djarhom matul il-ġranet tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għaldaqstant, appella lill-awtoritajiet konċernati biex jinstab post alternattiva.