Ilbieraħ filgħaxija, Infrastructure Malta ordant lill-kuntrattur li poġġa l-asfalt fi Triq il-Barrani fiż-Żejtun sabiex jerġa’ jaqla’ s-saff t’asfalt li laħaq tpoġġa minħabba li ma ntlaħaqx il-livell ta’ kwalità li kien meħtieġ.
Dan tħabbar minn Infrastructure Malta stess permezz ta’ aġġornament fuq il-pjattaforma Facebook fejn fil-messaġġ tagħhom, żiedu li, bi spejjeż tal-kuntrattur, fl-iljieli li ġejjin se jingħata saff ġdid t’asfalt fiż-żewġ karreġġjati ta’ Triq il-Barrani.
Filwaqt li sostnew għall-koperazzjoni, Infrastructure Malta ħeġġu lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu u jimxu mal-instruzzjonijiet tal-uffiċċjali minn fuq il-post.