Kmieni dalgħodu, il-militar Iżraeljan iddikjara li qatel lil Suhail Hussein Husseini, kmandant tal-Hezbollah, li kellu rwol kruċjali fit-trasport ta’ armamenti bejn l-Iran u l-Hezbollah.
Hu mifhum li dan seħħ waqt attakk li sar lbieraħ fil-kapitali tal-Libanu, Bejrut.
Kien intqal li Husseini kien ukoll ikkoordina l-attakki kontra Iżrael mil-Libanu u s-Sirja u li kien membru tal-kunsill tal-Jihad.
Il-Hezbollah għadhom ma ħarġu l-ebda stqarrija li tikkonferma l-mewt ta’ Husseini.