Għadu kif tħabbar li Taylor Swift hija l-aktar kantanta sinjura fid-dinja bid-dħul tagħha stmat li jlaħħaq $1.6 biljun dollaru. Hija qabżet lil Rihanna u tinsab ukoll it-tieni fil-lista tal-mużiċisti l-aktar sinjuri fid-dinja wara Jay-Z li hu stmat $2.5 biljun.
Filwaqt li xorta hija Rihanna li żżomm it-titlu tal-aktar kantanta sinjura ta’ kull żmien hekk kif darba rrekordjat dħul ta’ $1.77 biljun, Swift mistennija li dalwaqt tissuperaha u tieħu wkoll dan it-titlu.
Kien Forbes li kkonferma din l-aħbar meta aġġorna l-lista tal-finanzi wara s-suċċess storiku tal-Eras Tour bi stimi li $600 miljun tal-ġid ta’ Swift ġej mill-qliegħ tat-tours u r-royalties, b’$600 miljun oħra mill-valur tal-katalgu tal-mużika tagħha u $125 miljun mill-investimenti fil-propjeta.