Mit-Tnejn, fil-ftuħ tal-Parlament wara l-btajjel tas-sajf, se jitressaq l-Ewwel Qari b’rabta mal-Abbozz biex ikun hemm aktar pieni ħorox għal dawk li jinstabu ħatja li jattakkaw uffiċjali pubbliċi.
Dan intqal mill-Whip tal-Gvern Noami Cachia f’intervista waqt il-bullettin prinċipali ta’ ONE News.
Dr Cachia spjega kif ħafna minn dawn l-abbozzi jappartjenu l-Ministeru tal-Ġustizzja, fost oħrajn fejn bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-Qorti tal-Familja.
Il-Whip tal-Gvern spjegat li hemm abbozzi li huma mnebħa mill-manifest elettorali tal-Gvern, waqt li oħrajn ikunu bbażati fuq realtajiet li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.