Ray Bugeja, eks kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, kiteb li mhux għaqli li twaddab il-vleġeġ meta wħud minn-nies fl-armata tiegħek stess għandhom it-tarki mimlija toqob.
Dan kitbu fuq Twitter hu u jxerred l-aħbar fejn Simon Busuttil qal li m’hemm ebda qasma fil-partit immexxi minnu. Fl-istess diskors Busuttil qal li l-problema tal-pajjiż huwa Joseph Muscat u mhux Mario DeMarco.
Probabilment affaċjat minn kritika ħarxa, kif jagħmel il-PN ma’ min jikkuntrarjah, aktar tard Bugeja ħass li kellu jikkjarifika, u qal li l-kitba tiegħu kienet indirizzata lejn dawk li qed jitfgħu l-vleġeġ metaforiċi lejn Mario DeMarco.
L-eks kandidat diġa kien semma leħnu fil-konfront tal-attakki fuq DeMarco, fosthom dawk ta’ Salvu Mallia, meta qal li l-Viċi Kap huwa fergħa antika li għandha tinqata’.