Taljan ta’ 42 sena li jaħdem fil-kostruzzjoni, ġie akkużat li nhar it-8 ta’ Awwissu filgħaxija, f’residenza f’San Pawl il-Baħar, poġġa lil eks sieħba tiegħu f’periklu ċar wara argument bl-idejn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Apparti minn hekk ġie spjegat li huwa kien ta fastidju lis-sieħba tiegħu kif ukoll heddidha.
L-akkużat wieġeb ħati u, għalhekk, il-Maġistrat Rachel Montebello kkundannatu għal 16-il xahar ħabs sospiżi.