Il-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel Paul Pace giddeb lil Net News u akkużahom li xerrdu Fake News b’rabta ma’ storja dwar il-parkeġġ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi.
Fl-artiklu Net News qalu li l-parkeġġ huwa ta’ periklu madankollu rapport minn Inġinier ppubblikat mill-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela ġab din l-istorja fix-xejn u xejjen l-allegazzjonijiet giddieba tal-midja Nazzjonalista.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Paul Pace temm jgħid li l-professjonisti u ħaddiema tal-klinika ta’ Ħal Qormi huma rrabjati talli Net News xerrdu din aħbar qarrieqa.