Wara li sar appell mill-militar Iżraeljan, sabiex persuni residenti fin-nofsinhar ta’ Bejrut, fil-Libanu, jevakwaw minn djarhom, instemgħu xi splużjonijiet fiż-żona.
Bejrut, hija belt ewlenija għall-Grupp Hezbollah, u b’hekk id-difiża Iżralejana, appellat sabiex in-nies ċiviili, jersqu mqar 500 metru ‘l bogħod.
Il-militar Iżraeljan, ilu jwettaq attakki fuq din il-belt, għal aktar minn ġimgħa, hekk kif kelliema għall-Iżrael qalu li jridu jattakkaw it-tmexxija u l-infrastruttura tal-grupp Hezbollah.
Aktar ‘il fuq, fil-belt ta’ Tripli, qed jiġi rrappurtat li attakki mill-Iżrael, qatlu mexxej tal-grupp Palestinjan, Hamas.
Fit-Tramuntana tal-Iżrael, baqa’ jiddomina l-ħoss tas-sireni.
Dan filwaqt li l-Ġimgħa – skont kelliema għall-Iżrael, aktar minn 220 rokit, kien sparat mil-Libanu.