‘Wheels & Thrills’, attività bil-għan li se tkun serata għal dawk id-dilettanti kollha tal-isports tal-karozzi, kif ukoll għall-familja kollha, se tittella’ nhar il-Ħadd li ġej, 6 t’Ottubru.
Din se tittella’ fil-kumpless tal-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, f’Ta’ Qali, fejn se tiġbor fiha għadd ta’ dilettanti tal-karozzi u muturi f’pajjiżna biex isegwu dak li jħobbu.
Din l-attività se ssir għal għan nobbli, hekk kif se jinġabru l-flus għal Special Olympics Malta.
Fost l-attrazzjonijiet li se jkun hemm, dawk li se jattendu se jsegwu mil-qrib spettaklu bil-‘flying suits’, kif ukoll il-monster truck li se jkun attrazzjoni fih innifsu ukoll, liema diġà jinsab f’pajjiżna.
Barra dan, se jkunu qed jieħdu sehem diversi talenti lokali biex ikunu wkoll parteċipi dawk iddedikati fuq il-motorsport Maltin, kif ukoll dawk li għandhom professjoni tal-motorsport.