L-Inġinier Abigail Cutajar inħatret bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent.
Cutajar se tmexxi ‘l quddiem l-azzjonijiet dwar il-klima u inizjattivi ta’ sostennibiltà.
Din l-awtorità, li se titwaqqaf dalwaqt, se tikkoordina u tirregola l-azzjonijiet dwar il-klima biex tiżgura sforzi effettivi, effiċjenti u konsistenti, kemm fl-adattament kif ukoll fil-mitigazzjoni.
L-awtorità se titmexxa minn bord tad-diretturi, madankollu l-kunsill xjentifiku magħmul minn esperti f’għadd ta’ oqsma, se jservi bħala korp konsulattiv għall-awtorità.