Malta ġiet magħżula mit-turisti mal-aqwa ħames gżejjer fl-Ewropa skont il-Condé Nast Traveler Readers’ Choice Awards 2024.
Dan ir-rikonoxximent juri kemm Malta qed tkun aktar imfittxija għall-istorja rikka, il-bajjiet u l-ospitalità tal-Maltin.
Din l-aħbar intlaqgħet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, bil-Kap Eżekuttiv Carlo Micallef sostna li dan hu ta’ unur għal pajjiżna.
Intqal li dan ir-rikkonixximent juri d-dedikazzjoni tan-nies li jaħdmu fis-settur turistiku.
Micallef saħaq li l-MTA tinsab kommessa biex tkompli ttejjeb l-esperjenza turistika ta’ dawk li jżuruna matul is-sena.