F’dawn l-aħħar għaxar snin, l-ekonomija f’pajjiżna tjiebet bla preċedent. Minn sitwazzjoni ta’ fost l-ogħla rati ta’ qgħad, għal waħda mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.
Proprju għalhekk, matul is-snin, pajjiżna beda jaġġorna l-mudell ekonomiku tiegħu … biex jattira aktar investimenti li jirrikjedu inqas art u inqas ħaddiema. Jiġifieri inqas kwantità iżda aktar kwalità.
B’hekk tiġi diversifikata l-ekonomija ta’ pajjiżna b’niċeċ ekonomiċi ġodda, fejn jiġu attirati s-start-ups u industriji innovattivi, bħall-microelectronics, medtech, biotech, blockchain, fintech, AI, l-ekonomija ħadra u blu, u l-video game development.
Matul dan ix-xahar il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi se jkun qed itella’ erba’ avvenimenti kbar b’tema komuni l-innovazzjoni u fejn irridu lill-pajjiżna jmur fis-snin li ġejjin.
Bejn is-17 u d-19 t’Ottubru, taħt it-tinda tal-MFCC, se jittella’ Start-up Festival u TechXpo – li se jittellgħu fl-istess post, l-Istart-up Festival, u l-Playcon – spejċalizzata fuq l-industrija tal-video hames u esports.
Bejn it-28 u t-30 t’Ottubru fl-MCC, fil-Belt Valletta, pajjiżna se jkun qed jilqa’ diversi Ministri responsabbli minn dan is-settur, għal Global Innovation Forum.
“Il-Global Innovation Forum, li se jkun fix-xahar t’Ottubru, huwa forum internazzjonali, li se jsir għall-ewwel darba f’pajjiżna u allura għandek diversi pajjiżi, li se jiltaqgħu ġewwa pajjiżna biex jiddiskutu wkoll l-innovazzjoni fejn se tkun qiegħda toħodna. Allura, dan kollu flimkien iwassal għal xahar sħiħ mimli ta’ inizjattivi, fejn ħa nkunu qed naraw kif pajjiżna, mill-aspett diġitali u ta’ innovazzjoni, inkunu qed inkomplu nimxu ‘l quddiem.”