Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu, fi Triq L-Etna, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 69 residenti l-Mellieħa intlaqtet minn vettura, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq tal-Labour, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li mara ta’ 61, residenti Birkirkara ntlaqtet minn vettura, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti in-Naxxar.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn
ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.