F’post fuq Facebook, il-Moviment Graffitti qal li x’ħin dalgħodu marru mal-istand tal-Freshers’ Week tagħhom fl-Università ta’ Malta sabu li l-KSU kienu żarmawilhom.
Fi kliemhom dan seħħ għaliex riedu jiddeċiedu huma (il-KSU) x’tip ta’ materjal ikollhom fiha.
Graffiti qalu li “ma titwemminx, imma qalulna li materjal marbut mad-drittijiet riproduttivi tal-mara kellu jiitneħħa.”
Infurmati li l-materjal kien wieħed b’rabta mal-abbort.
Kienu bosta studenti li kkundannaw dan l-att, u sejħulu bħala ċensura fuq għaqdiet volontarji.
“L-Università suppost hija ċ-ċentru ta’ diskussjonijiet u ideat differenti, mhux fl-Università biss, imma fil-pajjiż kollu” qal Graffiti.
Sadanittant, b’rabta ma’ dan il-PULSE ħarġet stqarrija u qalet kif din id-deċiżjoni hija waħda ta’ intimidazzjoni kontra l-istudenti.
Ara wkoll:
Ilbieraħ il-Graffiti u l-PULSE ħarġu stqarrija sabiex il-Fresher’s Week tipprijoratizza aktar lill-istudenti.