Baħri tal-Gozo Channel ittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza wara li ntlaqat miċ-ċima fuq il-vapur Ta’ Pinu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament wasal tim mediku, li tela’ fuq il-vapur biex jagħti l-ewwel għajnuna lill-baħri.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-baħri ġarrab ġrieħi ħfief.