20 tifel u tifla, flimkien ma’ tliet għalliema tilfu ħajjithom wara li xarabank ħadet in-nar fit-Tajlandja.
Xhieda fuq il-post qalu li f’ħakka tajn ix-xarabank ġiet f’ballun tan-nar u t-tfal ma setgħux joħorġu minnha.
Il-Pulizija qalet li fuq ix-xarabank instabu l-katavri ta’ 23 persuna, bil-maġġoranza tagħhom kienu tas-sess maskili, waqt sebgħa kienu tas-sess femminili u ħamsa oħra għadhom mhux identifikati.
S’issa għadhom mhux magħrufa l-etajiet tat-tfal li kienu abbord din ix-xarabank.