Il-Ministru resposabbli mix-Xogħol Byron Camilleri żar il-ħaddiema tal-kumpanija Centrecom fejn matulha tkellem magħhom u mat-tmexxija tal-kumpanija.
Din il-kumpanija hi waħda li toffri servizzi lil bosta aġenziji tal-Gvern, fosthom anke lil servizz.gov u l-linja 153, u entitajiet bħal JobsPlus, fejn il-ħaddiema tal-kumpanija jassistu lil kull min ikollu bżonn xi servizzi mingħand dawn l-aġenziji u entitajiet.
Il-Ministru Camilleri radd ħajr lil dawn il-ħaddiema li jgħinu tant nies li jkollhom bżonn servizzi siewja fl-oqsma tax-xogħol u setturi oħrajn.
F’din iż-żjara, il-Ministru kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti Joyce Dimech u mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Robert Spiteri.