Fil-5 ta’ Ottubru, is-Santwarju Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, Tal-Pietà, se jinawgura mużajk monumentali, dekorattiv, u liturġiku fl-abside ċentrali tiegħu.
Dan jimmarka l-qofol ta’ ħolma sa mill-2021 mill-Kappillan Fr Joseph Zahra, li xtaq żieda artistika sinifikanti fil-knisja.
Il-mużajk hu xogħol uniku maħluq fuq wiċċ ċilindriku, għoli 35 ringiela.
Is-santwarju, mibni fl-1954, għandu importanza spiritwali u arkitettonika bħala l-ewwel tempju ta’ Malta ta’ stil modern u fih twieqi distintivi tal-ħġieġ.
F’Mejju tas-sena l-oħra 2023, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien ippromwova l-knisja għal santwarju u nkuruna l-istatwa mirakoluża tal-Madonna ta’ Fatima, biex kompla saħħaħ is-sinifikat kulturali u spiritwali tagħha.