Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-għawwiem Neil Agius fil-Berġa ta’ Kastilja.
F’kitba fuq il-midja soċjali, waqt li ppubblika selfie ma’ Agius, il-Prim Ministru sostna li “Neil huwa eżempju ċar tal-kuraġġ, determinazzjoni u fuq kollox il-qalb kbira tal-Maltin.”
Intqal li l-għarfien li qed iqajjem Neil dwar l-ambjent marittimu se jkompli se jkompli jixpruna l-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam.
Din il-laqgħa bejn il-Prim Ministru u Neil Agius saret ftit jiem wara li l-għawwiem Malti kiser ir-rekord dinji tal-itwal għawma bla waqfien ta’ xejn madwar il-kosta Maltija.