“Jekk ma tiċċajtax tmut. Daqqa nidħqu u daqqa nibku, hekk sejra d-dinja!
Dan kien il-messaġġ li ta Joe tal-ħaxix f’kumment ma’ The People of Malta.
Joe u sieħbu Leli, li huma Żebbuġin, flimkien ma Lola minn Ħal Qormi huma tliet Maltin li jbigħu l-ħaxix permezz ta’ trakk.
Fil-kumment tiegħu, Joe qal, “Ma hemmx rivalità bejnietna, iktar bejn ir-Rabtin u ż-Żebbuġin hemm, jgħidu li ‘Rabti u Żebbuġi jiffurmaw Lhudi’. U jgħidu li ta’ Ħal Qormi sa nofsinhar…”
Ritratt: The People of Malta