Id-deputat Kap tal-PN Mario De Marco nnegozja t-termini tal-ħlas tal-valutazzjoni ta’ €60 miljun tal-art tal-ITS. Fi kliem il-Partit Laburista, dan ma jistax jiċħdu.
De Marco rrinunzja l-brief wara li l-kuntratt ġie ffirmat. Qed jipprova jgħid li dak li nnegozja hu kien irregolari?
Il-verita’ hi li De Marco nqabad u ġie mġiegħel jiskuża ruħu. L-istqarrija tgħid, li dan għax jaf li kollox mexa kif suppost, u għax kien involut, allura ma jistax jitkellem kontra l-proġett.
Iktar minn hekk, De Marco spiċċa vittma tal-froġa ta’ Busuttil li minn wara dahar De Marco stess innegozja mal-kumpanija privata biex ikollu l-paga tal-ogħla żewġ karigi fil-partit imħallsin bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Jekk De Marco skuża ruħu ta’ xi ħaġa li hu stess innegozja, x’missu jagħmel Busuttil li daħħal lill-partit fi skandlu ta’ ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti?