L-isfida tal-bidla fil-klima żgur ma’ tingħelibx bl-istqarrijiet infantili tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista meta jinqdew biproġett wieħed ta’ kunsill lokali biex mingħalihom jattakkaw il-ħidma kollha tal-Gvern fis-settur.
Hekk intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn saħaq li b’mod responsabbli, u kif imwiegħed, il-Gvern se jibqa’ jinvesti fi proġetti li mhux biss iżidu s-siġar, iżda jintroduċu kunċetti ġodda ta’ sostenibbiltà. Ta’ dan hemm bosta eżempji, li l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista insew għal kollox.
Tajjeb wieħed ifakkarhom f’uħud minnhom, li fi żmienhom missew magħhom direttament.
• Spazju miftuħ kbir f’Bengħajsa minflok containers qrib miżbla kif riedu jagħmlu.
• Spazji miftuħa ġodda mimlijin siġar minflok il-miżbliet li ħallew warajhom bħal Wied Fulija f’Malta u l-Qortin f’Għawdex
• Spazji miftuħa minflok postijiet ta’ riċiklaġġ kif se jiġri fl-impjant ta’ Marsaskala
Il-Partit Laburista qal kif hawn mhux qed insemmu l-ewwel ġonna carbon neutral, estensjoni ta’ parks, u spazji miftuħa ġodda fuq artijiet li kienuppjanati għall-iżvilupp. Artijiet li minflok, Gvern Laburista għażel li jintużaw għall-familji, bħal fil-Mosta u lokalitajiet oħra. Intant, f’Għawdex għaddejja konsultazzjoni dwar spazji miftuħa ġodda b’parkeġġi taħt l-art u ħafna iktar.
Għad fadal xi jsir f’dan is-settur, imma l-Partit Nazzjonalistaqed ikompli juri li m’għandux soluzzjonijiet, għajr li jattakka b’mod selettiv.
X’kredibbiltà għandu l-PN dwar it-tibdil tal-klima meta f’lokalitajiet fejn ingħata fiduċja, kien pront jagħżel il-karozzi fuq in-nies u l-ispazji miftuħa?