L-MCAST fi stqarrija iddikjara li qed jieħu nota ta’ dak imħabbar mill-Unjin tal-Għalliema (MUT), li sejjħet għal protesta fl-1 ta’ Ottubru, filwaqt li tenna li jibqa’ miftuħ għal laqgħat li matulhom l-MUT tipproponi l-pożizzjoni finali tagħha fuq diversi punti li għadhom mhux riżolti, inkluż l-aspetti finanzjarji.
Il-laqgħat iseħħu kemm il-darba l-MUT tneħħi ddirettivi li qed iwasslu għat-tbatija tal-istudenti.
L-MCAST jappella li l-ħaddiema jiġu nfurmati bil-fatti veritiera filwaqt li jtenni li m’għandux jintrema ix-xogħol li sar fl-aħħar xhur.
L-MCAST saħansitra ippropona riżoluzzjoni quddiem arbitru sabiex jintlaħaq qbil fuq punti mhux riżolti, wara numru ta’ laqgħat li matulhom il-partijiet kienu mistennija jressqu verżjoni finali ta’ dak rikjest.
In vista ta’ dan kollu, filwaqt li l-MCAST appella għal djalogu li jissalvagwardja linteress tal-edukaturi u wkoll tal-istudenti, l-MCAST jappella sabiex jitneħħew id-direttivi li qed jaffettwaw il-ħajja fuq il-kampus, sabiex il-partijiet jerġgħu jiltaqgħu,
jekk neċessarju, anki f’fora stabbiltà mil-liġi industrijali qabel ikun hemm azzjonijiet ulterjuri li jkunu ta’ dannu għall-komunità edukattiva.