Xi ħaġa mhux tas-soltu, naraw kif l-ewwel dehra tal-kometa C/2023 A3 (Tsuchinshan-ATLAS) minn Malta kienet miġbuda fotgorafikament minn Alexei Pace mir-Rabat, iżjed kmieni dalgħodu qabel tlugħ ix-xemx.
Il-Tsuchinshan-ATLAS qed tkompli toħloq stennija kbira bħalissa fost l-astronomi għax hi mistennija li ssir waħda mill-kometi l-aktar qawwija li se naraw din is-sena.
Naraw dan ir-ritratt li xerrdet fuq il-paġna ‘It-temp madwarna’, fejn din il-kometa se tgħaddi l-aktar qrib max-xemx matul is-sigħat li ġejjin, u għandha tibqa’ tidher u titqawwa matul ix-xahar kollu t’Ottubru.