Żagħżugħa ta’ 22 sena mill-Iklin indarbet gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident ma’ trakk, meta kienet qed issuq ir-rota fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
It-trakk kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin