Mill-Ħamis 3 t’Ottubru se jibda programm ġdid fuq ONE, bl-isem ‘GRILLING’. Dan mhux programm dwar l-ikel, iżda skrutinju ta’ persuna, ta’ ħidmiethom, tal-istejjer tagħhom, is-sigrieti li qatt ma qalu u l-aġendi forsi moħbija.
Kwarta ta’ interogazzjoni b’vuċi misterjuża li tfittex il-verita’. Imprendituri, personalitajiet, nies fil-politika u aktar se jkunu sfidati biex iwieġbu mistoqsijiet iebsa.
L-ewwel siġġu li se jpoġġi fuqu għall-GRILLING huwa Joseph Portelli, imprenditur kbir f’pajjiżna u President tal-Football ta’ Hamrun Spartans. Joseph Portelli, aċċetta li jwieġeb il-mistoqsijiet kollha.
Segwi GRILLING, il-Ħamis fid-9:15pm fuq ONE