L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, il-GTA, laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li s-servizz tal-fast ferry bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, Għawdex, se jżomm l-iskeda eżistenti tas-sajf matul is-sena kollha, b’żieda fil-frekwenza.
Dan wara li l-Gvern iddeċieda li jinvesti €1.3 miljun biex l-iskeda tal-vjaġġi tkun fissa u ma tinbidilx minn perjodu għal ieħor.
Fi stqarrija, l-GTA, qalet li din id-deċiżjoni se ttejjeb l-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u fakkret li, mill-bidu tas-servizz tliet snin ilu, in-numru ta’ dawk li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer żdied sew.
Ingħad li dan l-investiment mill-Gvern se jkompli jwassal għall-aspirazzjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-gżira Għawdxija u enfasizzat li tali titjib fis-servizz li jaqsam il-fliegu f’inqas minn tliet kwarti se jkun ta’ benefiċċju biex tkompli tingħeleb l-istaġġjonalità fis-settur turistiku.
AQRA IKTAR: