Neil Agius għadu kif temm l-għawma ta’ 140 km madwar il-pajjiż fil-Bajja ta’ Għar Lapsi ftit tal-mumenti ilu.
Kif temm l-għawma, Neil poġġa fuq is-siġġu waħdu hekk kif dawk li kienu preżenti rawh itemm din il-kisba storika u b’hekk jikseb rekord dinji.
Din l-isfida kienet tikkonsisti f’għawma madwar Malta, Għawdex u Kemmuna mingħajr irqad u l-ebda mistrieħ.
Ftit mumenti wara li wasal f’Għar Lapsi, Neil tkellem mal-midja preżenti u emozzjonat nissel il-kliem “Viva Malta”.
Mal-wasla tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ bosta persuni li kienu qed jistennew, laqgħu lil Neil Agius f’Għar Lapsi, fejn awguralu għal din il-kisba.
Sadanittant f’messaġġ fuq Facebook, il-Prim Ministru feraħ lil Neil iżda kif ukoll għad-determinazzjoni li wera.