Aktar minn 180 persuna nqatlu u aktar minn 700 persuna sfaw feruti f’attakki Iżraeljani fuq il-Libanu. Dan seħħ b’ritaljazzjoni minn Iżrael wara li l-Hezbollah tefa’ aktar minn mitt rocket, missili u drones fit-Tramuntana ta’ Iżrael, il-Ħadd.
Il-Ministru tas-Saħħa tal-Libanu qal li fost il-midruba u mejta hemm tfal, nisa u timijiet tal-emerġenza f’dak li qed jitqies bħala wieħed mill-aktar attakki mill-ajru intensivi minn mindu beda l-ġlied kontra l-Hezbollah, sena ilu.
Residenti ta’ ħafna bliet fin-nofsinhar tal-Libanu tellgħu ritratti fuq il-mezzi soċjali li juru lokalitajiet residenzjali jiġu milquta mill-missili.
Dan filwaqt li mijiet dehru fil-Libanu marru jevakwaw djarhom u jmorru fi skejjel li ddawru f’xelters għan-nies.