Il-President Franċiż Emmanuel Macron ippreżenta l-Gvern ġdid tiegħu li se jkun immexxi mill-Prim Ministru l-ġdid, Michel Barnier.
Huwa ppreżenta l-membri tal-Gvern tiegħu kważi tliet xhur wara l-elezzjoni Parlamentari bikrija, li waslet biex l-ebda partit ma ġab maġġoranza.
Għaxar membri mill-Kabinett huma mill-partit konservattiv, li twaqqaf mill-eks President Nicolas Sarkozy.
Dan il-Gvern il-ġdid irid jikkombatti l-problemi finanzjarji li għandu dan il-pajjiż, b’fosthom b’defiċit eċċessiv, li qed ikun imbassar li se jiżdied.
Il-Gvern twaqqaf wara li aktar kmieni dan ix-xahar, il-President Emmanuel Macron ħabbar li l-eks negozjatur ta’ Brexit għall-Unjoni Ewropea, Michel Barnier, kien se jkun il-Prim Ministru tal-pajjiż.