Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina, Ħ’Attard.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti Ħ’Attard u Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 42 sena u residenti Tas-Sliema.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.