Mario DeMarco għal darb’oħra giddeb b’mod ċar lil Simon Busuttil, billi kkonferma li m’hu vera xejn li Busuttil talbu jagħżel bejn is-servizzi legali lejn il-grupp DB u l-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit. Busuttil qed jipprova jagħti x’jifhem li għandu kontroll fuq is-sitwazzjoni li daħħal lill-partit tiegħu fiha, iżda l-Viċi Kap tiegħu stess qed imerih.
Intervistat minn Saviour Balzan, DeMarco qal b’mod ċar li f’Diċembru tal-2015, informa lil Simon Busuttil bl-involviment tiegħu fil-ftehim bejn il-grupp DB u l-Gvern. Bususttil ma kien sab ebda oġġezzjoni.
DeMarco insista li dak kollu li għandu x’jaqsam mal-prezz tat-trasferiment tal-art ma’ kienx involut fih hu, iżda kif spjega anke l-Ministru Konrad Mizzi, il-kumpanija indipendenti Deloitte iddeterminaw il-metodu ta’ kif inħadem il-prezz, imma l-kuntratt ġie fifnalizzat mill-avukati ta’ DB, f’dan il-każ DeMarco u ħutu.
DeMarco, f’battuta ċara indirizzata lill-Ann Fenech li qed tieħu vantaġġ mill-iskema ta’ ċittadinanza b’invetiment li tant ikkritika l-Partit Nazzjonalista, qal li hu l-kontroversji ma jħobbhomx, tant li d-ditta tiegħu ma daħlitx f’din l-iskema.
Fuq Daphne Caruana Galizia, DeMarco irrifjuta li jwieġeb jekk iħossux skomdu bil-fatt li l-Partit li tiegħu Demarco huwa Viċi Kap kontinwament jikkwota lil Daphne Caruana Galizia, li qed titlob għar-riżenja ta’ DeMarco kważi kuljum.