Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern ħabbar ħatriet ġodda fit-tmexxija ġodda fit-tmexxija tax-xandir nazzjonali.
Anna Bonett se tkun qed tinħatar bħala Chairperson mhux Eżekuttiva, waqt li l-Inġinier Keith Chetcuti se jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-PBS.
Bonett u Chetcuti se jidħlu fil-karigi rispettivi tagħhom mill-1 ta’ Ottubru li ġej.
Fl-istess stqarrija ntqal li Engelbert Grech inħatar Chairperson tal-Bord Editorjali tal-PBS, wara l-irtirar mill-kariga ta’ Joseph Sammut.
Minħabba r-rwol il-ġdid, Grech irriżenja minn membru fuq il-Bord tad-Diretturi tal-PBS u minfloku se tinħatar Anna Bonanno.