Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-digħsa, il-Pulizija ġiet mitlub teseġġixxi l-assistenza tagħha fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, u mill-ewwel stħarriġ preliminari irriżulta li żewġt irġiel Filippini ta’ 40 u 43 sena rispettivament ġew aggrediti minn erba’ ġuvinturi li ħarbu minn fuq il-post.
Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u ż-żewġ irġiel Filippini ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Hemmek, ġie iċċertifikat li l-Filippin ta’ 40 sena sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-Filippin ta’ 43 sofra minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.