Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropew u l-Kummerċ Ian Borg inħatar b’mod uffiċjali bħala Deputat Prim Ministru.
Dan tħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern, fil-ħarġa tagħha tal-bieraħ.
Dan wara li s-Sibt li għadda, il-Ministru Ian Borg ġie kkonfermat b’vot b’saħħtu tad-delegati Laburisti bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit.
L-istatut tal-Partit Laburista jistipula li jekk il-partit ikun fil-Gvern, il-persuna li tokkupa dan ir-rwol għandha tkun ukoll Deputat Prim Ministru.