L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, l-EIT, waqqaf hub komunitarju f’pajjiżna bil-għan biex tissaħħaħ il-koperazzjoni fost organizzazzjonijiet ewlenin tan-negozju, tal-edukazzjoni u r-riċerka.
Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni miżjuda, ingħad li ċ-ċentru se jkollu rwol ċentrali biex iżid il-kompetittività ta’ Malta u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.
Waqt it-tnedija f’Birkirkara kienu preżenti, fost l-oħrajn, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, u l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Thomas Bajada.
Azzopardi Tanti tenna l-appoġġ sħiħ tal-Gvern għal dan iċ-ċentru u l-viżjoni li jirrappreżenta, waqt li l-Ewroparlamentari qal li, minkejja li l-isfidi li tiffaċċja Malta, bħat-tibdil fil-klima, iċ-ċentru se jikkontribwixxi qatigħ għal djalogu usa’.