Il-Kummissarju Ewropew Franċiż, li hu responsabbli mis-Suq Waħdieni, Thierry Breton irriżenja.
Dan wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, talbet lill-President Franċiż Emmanuel Macron sabiex jirtira n-nominat tiegħu.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron innomina lil Thierry Breton għat-tieni terminu tiegħu bħala Kummissarju Ewropew.
Fl-ittra tar-riżenja, Breton sostna li ftit tal-jiem ilu, fl-aħħar tan-negozjati dwar il-leġiżlatura li jmiss tal-Kummissjoni, Von der Leyen talbet lill-Gvern Franċiż biex iwaqqa’ n-nomina tiegħu.
Is-sit awtorevoli Politico nnota li Breton akkuża lil von der Leyen li offriet lil Franza, rwol aktar b’saħħtu jekk Macron ibiddel in-nominat ta’ pajjiżu. Ġie nnotat li din it-tattika minn von der Leyen qed issir ma’ pajjiżi żgħar tal-Unjoni Ewropea.
Breton accused von der Leyen of offering France a more influential portfolio if Macron switched candidates, a tactic she has reportedly tried with smaller EU member countries.
Politico
Din ir-riżenja hi daqqa ta’ ħarta għal von der Leyen, hekk kif it-Tlieta mistennija tħabbar ir-rwoli tal-Kummissarji Ewropej nominati. U dan ġimgħa tard wara li suppost kellhom jitħabbru.