Karozza ħadet in-nar fil-Marsa-Ħamrun Bypass. L-inċidet, li seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, ikkawża staġnar tat-traffiku fl-aktar ħin ta’ filgħodu, peress li kellha tingħalaq parti mit-triq.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, li jingħad irriżulta wara ħruġ ta’ xi żejt mill-istess vettura.
Fortunatament, ħadd weġġa’, lanqas is-sewwieq, fl-inċident, li seta’ kellu riperkussjonijiet akbar.
Filmati u Ritratti – MDT