Is-servizzi ta’ emerġenza qed isaħħu d-difiżi kontra l-għargħar fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant wara li xita qawwija fawwret ix-xmajjar u għamlet ħsara enormi lil eluf ta’ djar.
Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk qal kif persuna mietet fil-Polonja wara li għerqet minħabba dan.
Il-maltempata Boris kienet ukoll fatali fir-Rumanija nhar is-Sibt, fejn erba’ persuni nqatlu waqt għargħar fir-reġjun tax-Xlokk ta’ Galati.
Fir-Repubblika Ċeka, l-għargħar wassal għal numru ta’ evakwazzjonijiet u 51,000 dar fiż-żoni tat-Tramuntana tal-pajjiż intlaqtu minn qtugħ tad-dawl. L-istess qed jiġri fi Praga.
B’reazzjoni għal dan il-President Rumen Klaus Iohannis nqal li “qed nerġgħu niffaċċjaw l-effetti tat-tibdil fil-klima, li huma dejjem aktar preżenti fil-kontinent Ewropew, b’konsegwenzi drammatiċi.”