Bdew joħorġu l-ewwel riżultati waqt li bħalissa għaddej il-proċess tal-għadd tal-voti fl-elezzjonijiet numru ta’ karigi fl-istruttura tal-Partit Laburista.
Il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista Brian Scicluna ħabbar li 95% tad-delegati Laburisti vvotaw fl-elezzjonijiet għall-ħatriet fl-amministrazzjoni Laburista.
Bħalissa qed titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, bil-qofol jintlaħaq il-Ħadd bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-10:00.