Mat-tokki tas-2pm intemmet il-votazzjoni interna li se tara nies ġodda f’numru ta’ karigi ogħla fi ħdan l-istruttura tal-Partit Laburista.
F’din il-votazzjoni, id-delegati vvotaw għal:
- Ian Borg għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament;
- Alex Agius Saliba għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit;
- Norma Saliba jew Alex Sciberras għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista;
- Georvin Bugeja jew John Grech għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista; u
- U għal 12-il membru tal-eżekuttiv minn 37 kandidat.
Il-votazzjoni f’Għawdex li saret fiċ-Ċentru Laburista f’Tas-Sannat intemmet fis-1pm.
Bejn illum u lbieraħ vvotaw fost l-oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr. Lydia Abela, eks Prim Ministri u eks Mexxejja tal-Partit Laburista, kandidati u anke numru ta’ delegati.
Issa jibda l-proċess tal-għadd tal-voti u fil-ħin li ġej ikollna l-ewwel riżultati.