Fi żjara informattiva miċ-Chairperson tal-Bank Malti għall-Iżvilupp, Leo Brincat, u l-Kap Eżekuttiv, Paul V. Azzopardi, fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, f’Raħal Ġdid saret diskussjoni fuq l-inizjattivi edukattivi fl-istess istituzzjoni edukattiva u kif dawn huma f’sintonija mal-prijoritajiet tal-bank.
B’mod partikolari ġie diskuss il-mod kif qed jitħejjew l-istudenti għall-karrieri f’setturi, li huma importanti għat-tkabbir ekonomiku u għat-tkabbir innovattiv ta’ pajjiżna.
Ġie nnotat l-impenn tal-MCAST biex tipprovdi lill-istudenti bil-ħiliet meħtieġa u l-inizjattivi tal-kulleġġ li jikkumplimentaw l-iskema ‘Further Studies Made Affordable’ tal-MDB, b’appoġġ finanzjarju għall-istudenti li jkomplu jistudjaw.
Kemm l-MDB kif ukoll l-MCAST tennew li jinsabu impenjati li jiżguraw li l-istudenti jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jeċċellaw f’dawn is-setturi dinamiċi.