Żewġ Taljani, missier u ibnu ġew immultati mitejn elf dollaru wara li nstabu ħatja li ppruvaw idaħħlu fi Sri Lanka mijiet ta’ insetti endemiċi inkluż 92 speċi ta’ farfett.
Luigi Ferrari ta’ 68 sena u ibnu Mattia ta’ 28 sena ġew arrestati fil-Park Nazzjonali ta’ Yana wara li nqabdu bil-vażetti li fihom kienu jġorru l-insetti. Minn investigazzjonijiet li saru jidher li ż-żewġt irġiel bdew jippruvaw jippreservaw dawn l-insettui b’diversi kimiċi.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti, tat l-ogħla multa li qatt ingħatat dwar kriminalità fuq l-insetti fil-pajjiż.
Fil-midja internazzjonali intqal li ż-żewt irġiel daħlu fil-park nazzjonali b’żewġ xbieki apposta għall-insetti.
Il-gwardjani sabu l-karozza b’mijiet ta’ vażetti fil-bagoll. Meta nstabu l-vażetti, l-insetti li kienu fihom, li kienu jammontaw għal aktar minn tliet mitt speċi differenti, kienu kollha mejta.
Rapporti Taljani qalu li l-irġiel kienu fuq vaganza fi Sri Lanka dak iż-żmien u ilhom miżmuma fil-pajjiż mill-inċident.