Fl-intervista mal-Lovin’ Malta fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ukoll kompla jħawwad dwar is-settur tal-enerġija. Dan fejn il-Kap Nazzjonalista evidentament kien skomdu, beda jħawwad u jwaħħal fil-labels wara li ħareġ bil-proposta tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija, li biha diġà ġie pprovat li jogħlew sew il-kontijiet tad-dawl għal kull residenza u negozju, għax iħalli “s-suq isuq”.
ĠURNALIST :“Nilliberalizzaw ukoll id-distribuzzjoni. Din hi idea taċ-ċentru lemin.”
REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLIBERNARD GRECH: “Id-distribuzzjoni, meta tkellimna fuq il-liberalizzazzjoni, erġajt mort għal-labels, erġajt mort għal-labels, u hemm tant ideat.”
Il-proposta ta’ Bernard Grech li jilliberalizza s-suq tal-enerġija kienet ġabet kritika qawwija, fosthom minn għaqdiet soċjali, li nnotaw kif il-Partit Nazzjonalista jrid jitfa’ l-piż fuq in-nies, kif ġara f’diversi pajjiżi Ewropej, billi jipproponi li jilliberalizza s-suq tal-enerġija.
Grech u l-Partit Nazzjonalista baqgħu konvinti li jħallu din il-proposta f’dak li jixtiequ jagħmlu jekk ikollhom il-poter.
“Immorru għal-liberalizzazzjoni tas-suq tad-distribuzzjoni tal-enerġija.”
Bernard Grech
“It-tielet prinċipju li wkoll nemmnu fih u naħsbu li jista’ jgħin u jtejjeb is-servizz tal-enerġija li jasal għand in-nies hu l-liberalizzazzjoni tas-suq tad-distribuzzjoni tal-enerġija.”
Mark Anthony Sammut
Dawn id-dikjarazzjonijiet intqalu wara li Grech kien tkellem kontra l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern biex iżomm stabbli l-kontijiet tad-dawl u llum, anke skont il-Eurostat, huma l-orħos fiż-Żona Ewro.
Iżda għal Grech l-għajnuna li ta l-Gvern lill-familji u n-negozji hi ħażina.
“Li tibqa’ tissussidja l-enerġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli.”
Bernard Grech