Hekk kif il-ħarifa tinsab wara l-bieb, is-sajf li għadda kien imxarrab iżjed mill-medja, minkejja li kien sħun iżjed minn norma klimatika.
Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju Meteroloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Intqal li t-total ta’ xita li għamlet f’ġurnata waħda f’Awwissu għamlet tajjeb biex is-sajf meteoroloġiku li għadda jitqies bħala iżjed imxarrab min-norma, meta fit-22 ta’ Awwissu, tkejlu 13.2mm xita, biex dan ix-xahar kien imxarrab aktar mis-soltu.
F’Ġunju għamlet ftit qatriet tax-xita, iżda Lulju baqa’ niexef qoxqox.
Bejn Ġunju u Lulju ġiet irreġistrata biss mewġa waħda ta’ sħana u damet biss tlett ijiem bejn l-20 u t-22 ta’ Ġunju, fejn it-temperatura qabżet il-35 grad Celsius.
Madankollu, it-tliet xhur tas-sajf kienu kollha iżjed sħan mis-soltu, b’temperaturi ta’ 25.8 grad Celsius, 28.5 grad Celsius u 29.1 grad Celsius, rispettivament.
It-temperaturi għolja wasslu biex anke l-baħar saħan aktar malajr mis-soltu. Dan hekk kif f’Ġunju it-temeratura tal-baħar kienet 1.7 grad Celsius iżjed, f’Lulju kienet aktar 3 grad Celsius iżjed u f’Awwissu kienet 2.2 grad Celsius minn norma klimatika.